Is-Santa Sede kkonfermat li l-funeral tal-Papa Franġisku se jsir nhar is-Sibt fl-10am.
Id-data tal-funeral kienet konfermata wara laqgħa tal-kongregazzjoni tal-Kardinali, li saret fil-Vatikan stess.
Intqal ukoll li nhar l-Erbgħa li ġej, it-tebut tal-Papa Franġisku se jkun qiegħed jittieħed fil-Vatikan. Dan hekk kif bħalissa jinsab fil-kappella ta’ Santa Marta; ir-residenza li fiha għex f’dawn l-aħħar 12-il sena kemm ilu Kap tal-Knisja Kattolika.
Bejn l-Erbgħa u l-Ġimgħa, il-Papa se jkun espost fil-Bażilika ta’ San Pietru għall-qima tal-pubbliku.
//= $special ?>