Aktar kmieni dan ix-xahar il-Ministru tas-Saħħa JoEtienne Abela xeħet ir-responsabbiltà kollha fuq iċ-ċivil għall-problema li żiluppat fl-għoti tat-tender għall-espansjoni tal-isptar Mater Dei – proġett li suppost għandu jara l-espansjoni tal-Emerġenza, u sala għas-saħħa mentali.
Il-proċess tat-tenders tmexxa mid-Dipartiment tal-Kuntratti, li jaqa’ taħt il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, iżda meta mistoqsi x’ġara eżatt fis-sistema tat-tenders, il-Ministru Caruana wieġeb li n-nies responsabbli min-naħa tal-IT daħlu fil-każ, u li hu m’għandux x’jaqsam.
Clyde Caruana baqa’ jgħid illi mhuwiex kompetu tal-ministru li jintervjeni f’dawn l-affarijijiet.
Meta mistoqsi minn Net News għaliex it-tender li ntefa’ kien id-doppju tal-istima preżentata mill-Gvern, huwa kompla jiddefendi dan il-proċess.
It-tender tal-espansjoni tal-emerġenza u l-wards tas-saħħa mentali għalaq ftit tal-jiem ilu. Bl-unika offerta li tidħol tkun dik ta’ €140 miljun – cioè – id-doppju tal-istima oriġinali tal-Gvern.
//= $special ?>