Lokali

Il-Papa Franġisku deskritt bħala “l-Papa tan-nagħġa l-mitlufa”

Papa li kien imur fit-tarf tas-soċjetà, għaliex il-ħidma tiegħu kienet li jiġbed in-nies u jpoġġihom fiċ-ċentru. Kien bniedem li jmur f’postijiet fejn l-ebda Papa qatt ma mar. Kien il-Papa tan-nagħġa l-mitlufa.

Dan kien il-Papa Franġisku li anka f’Malta stess mhux biss żar il-knejjes imma mar Ħal Far jiltaqa’ mal-Immigranti.

Kien dan il-mod li bih iddeskriva lill-Papa Franġisku Fr Anton Damato li kellu l-opportinità li jassisti lill-Papa matul iż-żjara tiegħu f’Malta fl-2022.

Waqt il-programm Net Live, anke Parti Aaron Zahra qasam l-esperjenza tiegħu mal-Papa Frangisku, wara li ltaqa’ mal-Papa erba’ darbiet.

Liema emozzjoni ta’ familjarità esperjenzha wkoll Fr Anton Damato.

Minn naħa tiegħu, Fr Jean Claude Schembri tkellem dwar l-esperjenzi li hu kellu mal-Papa meta tela’ l-Vatikan bl-abbatini, fejn il-Papa kien jieħu l-ħin biex ikellem lil kull wieħed minnhom.

Fl-aħħar jiem, ħafna semmew kif id-dinja kellha bżonn il-Papa Franġisku.

Dan kien Papa li se jibqa’ wkoll imsemmi għat-tibdil li ġab fl-istrutturi tal-Knisja.