Katavru ta’ raġel ta’ 71 sena residenti x-Xewkija nstab fil-baħar viċin Kemmuna t-Tlieta waranofsinhar.
Għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemħet persuna wiċċha ‘l isfel fil-baħar qrib Kemmuna.
Il-Pulizija minnufih talbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li min-naħa tagħhom marru fuq il-post fejn sabu raġel li deher mitluf minn sensih, tellgħuh l-art fil-Port tal-Imġarr, f’Għawdex, iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet.
Minn investigazzjonijiet li saru, irriżulta li l-persuna huwa raġel ta’ 71 sena residenti x-Xewkija,
Għawdex li aktar kmieni kien qiegħed jistad.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Brigitte Sultana li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin biex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ.
//= $special ?>