Lokali

Jum ta’ luttu nazzjonali f’pajjiżna

Pajjiżna osserva jum ta’ luttu nazzjonali wara l-mewt tal-Papa Franġisku. Bil-bnadar fuq il-bini pubbliku jittajru mezz’asta.

Anke l-ġurnata tal-funeral tal-Papa Franġisku se titħares bħala jum ta’ luttu nazzjonali.

Intant, it-Tlieta, il-ġurnal ‘In-Nazzjon’ ippubblika suppliment dettaljat ta’ tminn paġni b’artikli u kitbiet ta’ opinjonijiet dwar il-legat li ħalla warajh Bergoglio. Dan filwaqt li ġew ippubblikati ritratti uniċi taż-żjara li kien għamel il-Papa f’pajjiżna fis-sena 2022 – meta intlaqa’ b’entużjażmu kbir kemm f’Malta kif ukoll fil-gżira Għawdxija.