Żfin, kant, mużika u reċtar b’ċajta l’hemm u l’hawn li żgur se jħallu tbissima fuq l-udjenza bil-preparamenti għal din il-produzzjoni għaddejjin bla waqfien. Dan hekk kif is-serati ta’ KSU Students Fest jinsabu ftit jiem biss ‘il bogħod fejn għal din is-sena qed jittella’ l-musical ibbażat fuq Xrekk.
Net News żar il-preparamenti b’rabta ma’ din il-produzzjoni li qed titella fl-Università ta’ Malta fejn kienu qed jipprattikaw numru ta’ żifniet.
Tkellimna ma’ numru ta’ studenti li huma parti minn din il-produzzjoni, b’waħda mid-Diretturi – Gwen Camilleri – spjegat kif il-proċess beda minn Lulju li għadda. U għalkemm bħalissa jinsabu stressjati huma wkoll eċitati sabiex ittellgħu din il-produzzjoni.
Minn naħa tiegħu, Jeremy Grech li huwa wieħed mill-atturi spejga kif għal dawn l-aħħar xahrejn kienu għadejjin bil-preparamenti bla waqfien bir-rehersals idumu għaddejjin sa tard filgħaxija.
Minn naħa tagħhom il-koordinaturi taż-żfin spjegaw il-proċess ta’ kif joħorġu bil-korjografija kif ukoll kif jirnexxielhom jikkordinaw kważi 200 student.
Matul dawn l-aħħar 15-il sena, Students’ Fest sar avveniment ewlieni fil-kalendarju tal-KSU b’dawn l-edizzjonijiet kollha wrew l-ammont kbir ta’ kreattività, talent u passjoni tal-komunita studenteska.
Xrekk se jittella’ fi tliet prestazzjonijiet li se jsiru fil-25, 26 u 27 t’April li ġej fis-sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta.
//= $special ?>