Rebħa importanti għal Manchester City bl-iskor ta’ 2-1 fuq Aston Villa.
F’partita li ftit li xejn kellha azzjonijiet perikolużi, kienu Manchester City li marru fil-vantaġġ fis-7 minuta meta kien Bernardo Silva li żmarka ruħu fil-kaxxa u tefa’ wara Martinez għal 1-0.
Aston Villa kisbu l-gowl tad-draw fit-18-il minuta minn penalty mogħti u skorjat minn Marcus Rashford. Biex fl-94 minuta kien Mattheus Nunes li skorja il-gowl tar-rebħa għal Man City.