Lokali Qorti

Niġerjan mixli li kien fil-pusses ta’ dokument falz

Raġel ta’ 42 sena wieġeb mhux ħati wara li nqabad fil-pussess ta’ dokument falz li jgħid li għandu l- permess ta’ residenza Pollakka. Friday John Ebhuoria, ċittadin Niġerjan b’permess ta’ residenza Taljana, deher quddiem il-maġistrat Gabriella Vella it-Tlieta filgħodu, u ġie mixli li għamel użu minn dokument ta’ residenza li kien wieħed falz.

L-ispettur tal-Pulizija Christian Abela qal lill-Qorti li r-raġel inqabad bid-dokument foloz nhar it-Tnejn. L-uffiċjali aċċertaw li d-dokument kien falz u rreferewh lill-ispettur. Ebhuoria wieġeb mhux ħati. Huwa nżamm arrestat wara li f’dan l-istadju ma ntalbitx il-libertà proviżorja. L-avukat tal-għajnuna legali Ingrid Zammit Young assistiet lill-akkużat.