Lokali

Posposta l-kanonizzazzjoni ta’ Carlo Acutis

Ftit tas-sigħat wara l-mewt tal-Papa Franġisku, il-Vatikan ħabbar li se jkun qed jipposponi l-kanonizzazzjoni ta’ Carlo Acutis li kienet skedata għal nhar il-Ħadd li ġej.

Aktar minn 80,000 żagħżugħ kienu mistennija jinġabru f’Ruma għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ġublew taż-żagħżugħ. Iżda filwaqt li s-Santa Sede pposponiet il-Kanonizzazzjoni ta’ Carlo Acutis, il-Ġubilew taż-Żgħażagħ se jkun qed isir kif ippjanat; b’tibdil minimu.

Carlo Acutis kien miet kaġun ta’ leukemia f-2006 fl-età ta’ 15-il sena; żagħżugħ li kellu devozzjoni kbira lejn il-preżenza reali ta’ Ġesù fl-Ewkaristija. Acutis huwa wkoll l-ewwel żagħżugħ minn dan il-millennju li se jkun dikjarat Qaddis.

Hu kien twieled fl-1991 f’Londra u għex f’Milan.

U wara li fl-età ta’ 7 snin irċieva l-ewwel tqarbina… ta’ kuljum baqa’ jattendi l-quddies.

Id-devozzzjoni tiegħu kienet ta’ ispirazzjoni biex il-ġenituri tiegħu iduru lejn ir-reliġjon kattolika u biex il-koppja tikkonverti u titgħammed.

Madwar id-dinja teżisti devozzjoni kbira lejn dan il-Beatu żagħżugħ – devozzjoni li nfirxet sew anke f’Malta.