Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Rajt ħafna udjenzi quddiemi, imma l-udjenza Maltija għalija hija l-isbaħ” – Kevin Borg

Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Kevin Borg. Ma’ Kevin Borg se nkunu qed nitħaddtu dwar it-tfulija tiegħu li kienet tinvolvi l-futbol, imma wkoll kif beda jersaq lejn il-kant.

“Wara r-rebħ ta’ Idol fl-Iżvezja kelli nagħmel 3 xhur tours, minn post għall-ieħor, kont norqod fil-vettura li nkunu fiha. Ma jiddispjaċini xejn, esperjeza tal-ġenn u li permezz tagħha kbirt ħafna”

Ma’ Kevin Borg se nitkellmu wkoll dwar kif il-mużika mhux biss qed jużaha għall-kant, imma llum żviluppa talent ieħor li fih ukoll qiegħed jibrilla.

PROFILI, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Liam Briffa, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.