Futbol Sport

Arsenal miżmuma draw minn Crystal Palace…Liverpool b’punt biss ‘il bogħod mit-titlu ta’ champions tal-Premier League

Mikel Arteta
Mikel Arteta

Arsenal waqqgħu żewġ punti f’dahrom, meta f’match day 34, fl-uniku konfront tal-Erbgħa filgħaxija mill-Premier League Ingliż, huma temmew fi draw ta’ 2-2 kontra Crystal Palace.

B’dan ir-riżultat, Liverpool huma prattikament iċ-champions il-ġodda tal-Ingilterra, hekk kif issa jonqoshom biss punt wieħed mill-bqija tal-konfronti li għad iridu jilgħabu biex jiksbu l-20 titlu tagħhom fl-istorja tal-klabb.

Liverpool jistgħu jirbħu b’mod matematiku l-Premier League Ingliż, nhar il-Ħadd li ġej meta jilgħabu f’dahrom kontra Tottenham Hotspur.

Kontra Crystal Palace, Arsenal kienu darbtejn fil-vantaġġ, bil-Pollakk Jakub Kiwior fetaħ l-iskor għall-gunners wara biss tliet minuti logħob. Crystal Palace ġabu l-iskor indaqs ftit qabel in-nofs siegħa logħob, b’konklużżjoni ta’ Eberechi Eze, iżda Arsenal irrnexxilhom jerġgħu jmorru fil-vantaġġ ftit qabel il-mistrieħ grazzi għal Leandro Trossard.

B’Crystal Palace kellhom aktar xuttijiet lejn il-lasta minn Arsenal, iżda l-plejers taħt il-gwida teknika ta’ Mikel Arteta, kellhom aktar konklużżjonijiet fil-lasta, seba’ minuti mid-90 minuta, Jean-Philippe Mateta ferraħ lill-partitarji ta’ The Eagles, iżda wisq aktar lil dawk ta’ Liverpool, bil-gowl tad-draw ta’ 2-2.

B’hekk, b’Arsenal issa għandhom logħba aktar minn Liverpool, it-tim immexxi minn Arne Slot għandu 12-il punt vantaġġ u fil-partita li jmisshom minn din il-match day kontra Tottenham Hotspur, punt ikun biżżejjed biex Liverpool jirbħu l-Premier League b’mod matematiku.