Is-sentenza tal-Qorti tal-lum dwar attentat ta’ tixħim fuq kuntratt tal-ġbir tal-iskart tagħti daqqa oħra lill-Kunsilli Lokali li diġà qed jiffaċċjaw sfidi iebsin.
Fi stqarrija Emvin Bartolo, Direttur tal-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista; u Liam Sciberras, President tal-Kulleġġ Kunsillera Lokali Partit Nazzjonalista; saħqu li konsulent li ġie inkarigat mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għandu jkun persuna li l-ewwel interess tagħha jkun l-effiċjenza tal-kunsilli lokali u kif dawn jistgħu joperaw bir-riżorsi nexfin li ħallielhom il-Gvern, u mhux kif se jħaxxen butu.
Mhux talli hekk, talli meta l-vittma ta’ dan il-każ mar jitkellem Kastilja, dawn saddew widnejhom. Minn Kastilja flok iwaqqfu l-ħażen, japprovawh.
Kien Gvern Nazzjonalista li emmen li r-resident għandu jmexxi l-lokalità, se jkun Gvern ġdid Nazzjonalista li se jerġa’ jagħti lill-kunsilli lokali s-saħħa, l-awtonomija u d-dinjità li jixirqilhom, għax ir-resident ma ħaqqu xejn inqas.
//= $special ?>