L-Eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, Jimmy Magro, ġie kkundannat ħames snin ħabs wara li nstab ħati ta’ korruzzjoni.
Magro nstab ħati ta’ kummerċ fl-influwenza u l-korruzzjoni, wara li kien akkużat li talab €25,000, sabiex jiżgura kuntratt pubbliku li jiswa mal-€250,000 għall-ġbir tal-iskart lura fl-2014.
Il-Qorti sabet biżżejjed evidenza li turi dan u għaldaqstant, ikkundannat lill-Eks Segretarju Ġenerali tal-Labour erba’ snin u tmien xhur ħabs.
Fiż-żmien li wettaq dan ir-reat huwa kien jokkupa l-kariga ta’ konsulent speċjali għall-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Intant, l-avukati ta’ Magro stqarrew li għandhom l-intenzjoni li jappellaw id-deċiżjoni. U huwa għalhekk illi s-sentenza ta’ priġunerija se tiġi sospiża sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-appell.
