Lokali

“Il-Gvern ma jsibx flus għal ħaddiema onesti imma jsib l-eluf għal tal-qalba” – Il-PN

Fi tweġibiet lil The Shift News dwar artiklu li kixef il-verità fuq job ieħor, il-Gvern ta’ Robert Abela u Clyde Caruana baqa’ jiddefendi l-ħatra ta’ Justyne Caruana bħala Konsulent Legali mad-Dipartiment tad-Dwana b’paga iktar minn tliet darbiet dik li kienet offruta meta ħarġet is-sejħa għall-pubbliku.

Fis-sejħa oriġinali, il-ħlas kien se jkun ta’ €29,000. Meta ħadd ma wieġeb għas-sejħa nħarġet direct order lil Justyne Caruana. Imma l-ħlas f’daqqa waħda tela’ għal €78,000.

Dan kien ir-raba’ job li ngħata lill-istess Caruana mal-Gvern li tagħhom suppost qed taħdem 120 siegħa fil-ġimgħa u titħallas total ta’ €15,000 fix-xahar.

Dan kollu jikkonferma li filwaqt li l-Gvern ma jsibx flus għal ħaddiem onest u qed joħroġ sejħiet b’pagi baxxi, meta l-istess xogħlijiet ituhom lil tal-qalba b’direct order f’daqqa waħda jsibu ħafna flus xi jqassmu.

Il-meritokrazija u t-trasparenza tal-Labour reġgħu baqgħu fuq il-billboards.