Sport

Il-holders Valletta St Paul’s b’polza iebsa kontra Għaxaq Wolves

Il-holders Valletta St Paul’s se jkunu qed jaffaċċjaw lill-isfidanti għall-kampjonat Għaxaq Wolves fil-kwarti tal-finali tal-MAFA KO. Dan hekk kif it-Tnejn filgħodu telgħu l-poloz tat-tieni l-aktar kompetizzjoni importanti ta’ din l-assoċjazzjoni.

Dan il-konfront se jintlagħab fil-grawnd ta’ Ħal Qormi fis-17 ta’ Mejju li ġej, ħmistax-il ġurnata wara li dawn iż-żewġ naħat se jilagħbu għal dik li tista’ tkun logħba deċiżiva għall-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.

Il-finalisti tas-sena l-oħra, San Ġiljan Saints għandhom konfront xi ftit delikat kontra l-isfidanti għall-promozzjoni Birżebbuġa St Peter’s.

F’aktar logħbiet, Attard Edex Kings jilagħbu kontra Ta’ Ġiorni Wanderers filwaqt li Marsa St Michael jibdew bħala favoriti hekk kif jilagħbu kontra t-tim mit-tielet diviżjoni Qajjenza ACJ.

Sadanittant il-poloz telgħu hekk:

Kwarti tal-Finali – 17 ta’ Mejju 2024

Marsaxlokk Ground

16:15 – Marsa St Michael – Qajjenza ACJ

18:00 – San Ġiljan Saints – Birżebbuġa St Peter’s AFC

Qormi Ground

16:15 – Attard Edex Kings – Ta’ Ġiorni Wanderers

18:00 – Valletta St Paul’s – Għaxaq Wolves

Semifinali – 24 ta’ Mejju 2024

Marsaxlokk Ground

16:15 – Valletta St Paul’s/Għaxaq Wolves – Marsa St Michael’s/Qajjenza ACJ

18:00 – San Ġiljan Saints/Birżebbuġa St Peter’s – Attard Edex Kings/Ta’ Ġiorni Wanderers

Finali – 28 ta’ Mejju 2024

Marsaxlokk Ground – Rebbieħ 1 vs Rebbieħ 2