Lokali

Il-Kap tal-PN se jattendi għall-funeral tal-Papa Franġisku

L-Uffiċċju tal-President ta’ Malta nforma li l-President Myriam Spiteri Debono se tattendi għall-funeral tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, li se jsir nhar is-Sibt li ġej.

Fuq stedina tal-Istat tal-Vatikan għal delegazzjoni Maltija ta’ ħames persuni waqt iċ-ċerimonja uffiċjali, id-delegazzjoni, immexxija mill-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono ser tinkludi wkoll lil żewġha Anthony Spiteri Debono, lill-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia Abela, kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.