Matul il-ġurnata ta’ għada, il-ktieb tal-kondoljanzi b’tislima lil Francis Zammit Dimech se jibqa’ miftuħ fil-foyer tad-Dar Ċentrali tal-PN.
Il-pubbliku jista’ jħalli l-messaġġi tiegħu anke għada filgħodu, sas-1pm.
Iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Francis Zammit Dimech se ssir għada l-Ħamis fis-2pm fil-Knisja tal-Balluta.
Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajjet Francis Zammit Dimech, il-korteo se jkun qed jgħaddi wkoll minn quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
