minn Noel D’Anastas
L-edizzjoni għal din is-sena ta’ Dark Malta Festival se tittella’ fil-Gianpula Main Room bejn il-Ġimgħa, 25 u l-Ħadd, 27 ta’ April, 2025 fejn se jieħdu sehem diversi bands internazzjonali fil-qasam tal-gothic, industrial u mużika alternattiva.
Se tittella’ wkoll il-wirja tal-arti Malta Oskura kif ukoll se jkun hemm diversi attivitajiet għaddejjin fosthom suq alternattiv, pool parties, filwaqt li s-Sibt, 26 ta’ April jinżamm l-afterparty.
Dark Malta Festival itella’ s-separju l-Ġimgħa, 25 ta’ April bil-bibien jiftħu fl-4pm. F’dik illejla, se jdoqqu l-bands Mal Di Luna, Damaged & Co., Her Own World, Nel Buio, Ashbury Heights, Selofan, Clan of Xymox, u Diary of Dreams. L-għada s-Sibt, il-bibien jiftħu f’nofsinhar u fis-2pm jibdew idoqqu l-bands f’din l-ordni: GENCAB, Stars Crusaders, Leibknecht, Synth Attack, Aesthetic Perfection, Solitary Experiments, Nachtmahr u Front Line Assembly.
Il-Ħadd, 27 ta’ April hu l-aħħar jum ta’ Dark Malta Festival. Bħal ġurnata ta’ qabel, il-bibien jiftħu f’nofsinhar. Wara s-2pm idoqqu dawn il-bands: No Humano, EGGVN, Corlyx, Ambassador 21, Priest, Dawn of Ashes, u Combichrist.
Għal aktar tagħrif dwar dan l-avveniment kif ukoll dwar u x-xiri tal-biljetti ara s-sit darkmaltafestival.com. Ara wkoll @dark_malta_festival fuq Instagram.
//= $special ?>