Kummerċ Lokali

Klijenti tal-BOV b’ċans li jesperjenzaw tellieqa tal-Grand Prix fi Spanja grazzi għall-Visa

Il-Bank of Valletta ħabbar opportunità unika għall-klijenti tiegħu li għandhom kard tal-Visa, biex jirbħu esperjenza esklussiva mat-tim ta’ Visa Cash App Racing Bulls f’Barcelona bejn id-29 ta’ Mejju u t-2 ta’ Ġunju 2025. Din l-opportunità toffri lir-rebbieħa mumenti indimentikabbli b’ospitalità tal-ogħla livell f’wieħed mill-aktar avvenimenti prestiġjużi fl-isport tat-tiġrijiet tal-karozzi.

Din il-kampanja esklussiva li se trebbaħ żewġ klijenti, pakkett b’kollox inkluż għal tnejn, hija possibbli grazzi għall-kollaborazzjoni mill-qrib li l-BOV għandu ma’ Visa kif ukoll għall-isħubija ta’ Visa mat-tim ta’ Visa Cash App Racing Bulls (VCARB).

Il-kampanja tibqa’ miftuħa sas-6 ta’ Mejju 2025 u tirrikjedi lill-klijenti tal-Bank iwettqu minn tal-inqas għaxar (10) tranżazzjonijiet bil-kard tal-Visa bi spiża globali ta’ mhux inqas min €300. It-tranżazzjonijiet jistgħu jsiru permezz tal-kard fiżika jew b’kartiera diġitali, sew online jew mill-ħwienet. Klijenti tal-Bank li jixtiequ jieħdu sehem, għandhom jirreġistraw speċifikament għal din il-promozzjoni fuq https://forms.office.com/e/0kJJ3zXrWu u jidħlu biċ-ċans li jkunu fost ir-rebbieħa. Iktar informazzjoni, inklużi wkoll it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kampanja jiinsabu fuq l-istess formola.

Ir-rebbieħa se jirbħu pakket b’kollox inkluż għal żewġ persuni, għal erbat iljieli bit-titjiriet tar-ritorn inklużi għall-Barcelona, esperjenza bl-ospitalità ma’ Visa Cash App Racing Bulls, akkomodazzjoni f’lukanda ta’ 5 stilel kif ukoll it-trasport lejn iċ-ċirkwit u l-ajruport. Barra minn hekk, ir-rebbieħa jingħataw ukoll prodotti esklussivi bil-marka ta’ VCARB.