Lokali

Kunċert tal-Għid suċċess

Il-Kunċert tal-Għid li sar nhar il-Ħadd 20 ta’ April 2025 fil-Knisja tal-Patrijiet ta’ Gieżu  f’Għajnsielem, Għawdex, kien suċċess.

Dan il-kunċert ospita lis-Sopran Internazzjonali minn Barcelona Montserrat Marti Caballe, bint is-Sopran magħrufa Spanjola Montserrat Caballe msemmija għad-dwett tagħha ma’ Freddie

Is-sopran mistiedna kantat diversi xogħlijiet magħrufa akkumpanjata mill-JP2 Music Ensemble taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea. Waqt il-kunċert ħadu sehem ukoll is-solisti bravi Għawdxin, is-sopran Hilda Grima, Roberta Ħili, Gannella Muscat, Ruth Portelli u t-tenur żagħżugħ Angelo Muscat.

Is-sopran Montserrat Marti Caballe magħrufa wkoll bħala Montsita, imwielda fl-1972, fl-imgħoddi kantat ma’ ommha fuq il-palk u ħadet sehem ukoll magħha f’diversi recordings kif ukoll kantat ukoll barra art twelidha u tat ukoll xi rappreżentazzjonijiet b’risq il-karità.

Dan il-kunċert seta’ jittella’ bl-għajnuna sħiħa tal-Patrijiet Franġiskani Minuri, il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, id-Direttorat tal-Kultura fi fi ħdan l-istess Ministeru, il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem, l-MTA – Visit Malta, il-Grand Hotel, Roża Restauranrt Victoria, u mal-Moll Restaurant ,Ix-Xlendi, kif ukoll il-Fondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni.