Sport

L-ewwel IZIBET Elite Athlete Award għas-sena 2025

National Lottery plc u l-Għaqda Ġurnalisti Sports ħabbru li Brian Cini rebaħ l-ewwel unur tal-IZIBET Elite Athlete Award għal din is-sena li jkopri x-xhur ta’ Jannar u Frar. Brian Cini li għandu 28 sena, ġie runner-up fl-IBSF World Snooker Championships li saru fil-Marokk, wara li fil-finali ġie megħlub miż-żagħżugħ Ċiniż Yang Gao 5-3.

Brian Cini bħala runner-up seta’ jieħu sehem fil-Kwalifiki għall-Kampjonati Dinjija li saru f’Sheffield, l-Ingilterra, aktar kmieni dan ix-xahar.

Il-għan tal-IZIBET Elite Athlete Award huwa li jirrikonoxxi s-suċċessi miksuba mill-atleti lokali kull xahrejn.

Il-bord tal-għażla huwa magħmul minn ġurnalisti u osservaturi sportivi li jkunu qed jevalwaw bir-reqqa l-kisbiet tal-atleti matul ix-xhur u jassiguraw li jkun hemm il-korretezza matul il-proċess kollu tal-għażla.

Ir-regolamenti tal-IZIBET Elite Athlete Award jistgħu jinkisbu minn fuq il-website tal-Għaqda Ġurnalisti Sports https://www.maltasportsjournalists.com/