Diversi persuni komplew iħallu l-messaġġi tagħhom u jsellmu l-memorja ta’ Francis Zammit Dimech. Dan hekk kif il-ktieb tal-kondoljanzi baqa’ miftuħ għat-tieni jum.
Fost dawk li żaru d-Dar Ċentrali tal-PN kien hemm l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anglu Farrugia, li ffirma l-ktieb tal-kondoljanzi. U ntlaqa’ fil-foyer tad-Dar Centrali mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello.
Matul iż-żjara tiegħu, l-Ispeaker esprima s-sogħba tiegħu għall-mewt ta’ Zammit Dimech, li kien wieħed mill-figuri prominenti fil-politika f’Malta.
Francis Zammit Dimech jibqa’ mfakkar għall-kontribut uniku li ta lill-pajjiż, kemm bħala Ministru f’diversi gvernijiet immexxija mill-Partit Nazzjonalista, kif ukoll bħala persuna pubblika li dejjem ħadmet għall-ġid komuni.
Hu serva wkoll bħala Segretarju Ġenerali tal-PN, Membru Parlamentari Ewropew, u fl-aħħar xhur anke bħala Aġent President.
Intant, matul il-jum bosta nies komplew jiffirmaw u jħallu l-messaggi tagħhom fil-ktieb tal-kondoljanzi b’turija ta’ rispett lejn il-memorja tieghu.
Francis Zammit Dimech miet it-Tnejn waranofsinhar fl-Isptar Mater Dei.
Għal dawn l-aħħar xhur, hu kien qed jaffronta marda li ħabbat wiċċu magħha b’kuraġġ u determinazzjoni kbira – fejn baqa’ pożittiv sal-aħħar, u jikkumbatti bi tbissima.
//= $special ?>