Lokali

“L-istqarrija li l-koppji qed jixtru mhux waħda imma żewġ proprjetajiet hi konferma kemm il-Gvern hu maqtugħ mir-realtà” – PN

Id-dikjarazzjoni li l-koppji żgħażagh qed jixtru żewġ proprjetajiet minflok waħda hi prova ta’ kemm dan il-Gvern huwa kompletament maqtugħ mir-realtà tal-poplu.

Kulħadd jaf li realtà hi li bil-prezzijiet dejjem jogħlew koppja qed tbati biex taffordja anke proprjetà waħda, aħseb u ara tnejn.

Kif jista’ qatt dan il-Gvern jifhem il-problemi tan-nies li qed jiġġieldu biex ilaħħqu mal-ħajja meta lanqas biss hu konxju tar-realtà tan-nies?

Gvern ġdid Nazzjonalista mhux se jdeffes rasu fir-ramel. Il-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi r-realtà u mill-Gvern jara li jittieħdu miżuri biex ikun hemm akkomodazzjoni affordabbli.