Il-kontingenti Malti kellu prestazzjonijiet mill-aqwa fil-Kampjonati Ewropew tal-ISKA li saru f’pajjiżna ftit ta’ ġimgħat ilu. F’din il-komeptzzjoni ħadu sehem aktar minn 800 atleta minn pajjiżi differenti.
It-tim Malti kellu l-aqwa riżultat li qatt kiseb f’din il-kompetizzjoni meta spiċċa fil-ħames post globalment, minn 21 pajjiż. B’kollox Malta rebħet 60 midalja, minnhom 16 ikunu tad-deheb, 19 tal-fidda u 25 tal-bronż.
Il-kompetizzjoni tal-ISKA li jmiss huma l-Kampjonati Dinjija tal-ISKA fi Brisbane, l-Awstralja, bejn il-15 u d-19 ta’ Ottubru tal-2025.
- L-Ukrajna – 71 deheb, 58 fidda, 75 bronż
- Ir-Rumanija – 25 deheb, 24 fidda, 47 bronż
- Il-Ġermanja – 23 deheb, 37 fidda, 30 bronż
- Franza – 20 deheb, 14-il fidda, 11-il bronż
- Malta – 16-il deheb, 19-il fidda, 25 bronż
- L-Ingilterra – 15-il deheb, 13-il fidda, 8 bronż
- Spanja – 13-il deheb, 13-il fidda, 7 bronż
- L-Iżvizzera – 12-il deheb, 14-il fidda, 8 bronż
- Il-Portugall – 12-il deheb, 12-il fidda, 10 bronż
- L-Ungerija – 11-il deheb, 8 fidda, 5 bronż