Taħt it-tmexxija tal-kowċ Taljan, Vincenzo Italiano, Bologna żammew mal-previżjoni u l-għada li Milan eliminaw lir-rivali Inter fis-semi-finali tal-Coppa Italia, huma għelbu lil Empoli b’aggregate fuq żewġ logħbiet ta’ 5-1.
Illejla, f’Stadio Renato Dall’Ara, Bologna lagħbu mingħajr wisq pressjoni wara li kienu diġa’ fetħu vantaġġ ta’ 3-0 fuq l-avversarji tagħhom u fit-tieni leg rebħu 2-1. Wara seba’ minuti logħob, l-eks plejer żagħżugħ ta’ Inter, Giovanni Fabbian poġġa lil Bologna b’gowl kmieni minn fuq.
Fit-33 minuta logħob, Empoli wetqu reazzjoni meta l-midfielder Ukren, Viktor Kovalenko skorja l-gowl tad-draw momentarju għat-tim li ġej mill-Belt Metropolitana ta’ Firenze.
Fl-84 minuta, Bologna tfew kull tama ta’ Empoli, jekk fil-veritá kien għad baqa’, meta skorjaw il-gowl tar-rebħa għal 2-1, permezz tal-Olandiz, Thijs Dallinga.

B’hekk il-finali tal-Coppa Italia għal dan l-istaġun se tkun bejn Bologna, li l-aħħar darba li lagħbu din il-finali kien 51 sena llu u Milan, li milhomx daqs l-avversarji ma jirbħu din it-tazza iżda għandhom għatx kbir għalija ukoll għaliex l-aħħar darba li Milan rebħu dan it-trofew kien 22 sena llu.
Il-finali bejn Bologna u Milan se tintlagħab nhar l-14 ta’ Mejju li ġej, fi Stadio Olimpico, f’Ruma.
//= $special ?>