Lokali

Cyberattack fl-Isptar ta’ Saint James

Fi stqarrija maħruġa minn Saint James Hospital Group, l-Isptar kkonferma li kien fil-mira ta’ cyberattack, f’attakk li seħħ fit-18 ta’ April tal-2025.

L-inċident ġie kkontrollat immedjatament u s-sistemi tal-Isptar jinsabu taħt kontroll sħiħ.

Barra minn hekk, l-Isptar Saint James qal ukoll li l-appuntamenti mediċi u l-proċeduri kollha qed jsiru kif ippjanat, mingħajr ebda nkonvenjenza lejn il-pażjenti.

Appena li nstab l-attakk, it-tim tekniku u tas-siġurtà tal-Isptar Saint James waqqfu l-konnessjoni man-network, sabiex jevitaw aktar ħsarat u nkonvenjenza fis-sistemi tal-isptar.

Kompliet tgħid ukoll, li qed isiru xi investigazzjonijiet sabiex jaraw x’wassal għal dan l-attakk u jekk nħarġitx xi informazzjoni sensittiva.

Il-każ ġie rrappurtat lill-Pulizija.