Futbol Sport

FILMAT | Illejla jkunu magħrufa l-finalisti tal-BOV Challenge Cup

Ritratt tal-MFA
Ritratt tal-MFA

Illum il-Ħamis, fl-Istadium taċ-Ċentinarju f’Ta’Qali, se jkunu qed jintlagħbu ż-żewġ partiti mis-semifinali tal-BOV Challenge Cup; il-kompetizzjoni ġdida li nidet l-MFA minn dan l-istaġun għat-timijiet li matul l-2024/25 iffurmaw parti miċ-Challenge League.

F’dan il-filmat, li deher f’Replay Live Score ta’ nhar il-Ħadd li għadda, wieħed jista’ jsegwi l-gowls kollha li kellna fl-erba’ partiti mill-Kwarti tal-Finali taċ-Challenge League.

Accept Analitiċi cookies to view the content.
Dawn kienu r-riżultati li kellna fl-erba’ partiti li ntlagħbu nhar is-Sibt li għadda:
Pietá Hotspurs vs Marsa 3-2
Lija Athletic vs Valletta 0-6
Mġarr United vs Tarxien Rainbows 2-3
Żurrieq vs Santa Lucia 2-0

B’hekk l-erba’ timijiet li avvanzaw għal mal-aħħar erbgħa ta’ din il-kompetizzjoni huma, Marsa, Valletta, Tarxien Rainbows u Żurrieq.

Dawn l-erba’ timijiet ikunu fl-azzjoni llejla, biex b’hekk ikunu magħrufa ż-żewġ timijiet finalisti għall-ewwel edizzjoni taċ-Challenge Cup, li se tintlagħab nhar il-Ħadd li ġej, fl-4pm bejn ir-rebbieħa ta’ dawn iż-żewġ partiti tal-llum:

fis-6:15pm | Żurrieq vs Valletta
fid-8:45pm | Tarxien Rainbows vs Pietá Hotspurs