L-awtoritjiet fil-belt ta’ Nantes qed jinvestigaw inċident fi skola privata li fih tilef ħajtu student li qala’ diversi daqqiet ta’ sikkina.
Fl-attakk indarbu tlett persuni oħra u fl-aħħar sigħat kien hemm preżenza kbira ta’ pulizija u membri tas-servizzi tal-emerġenza fl-iskola ta’ Notre-Dame-de-Toutes-Aides li spiċċat evakwata mill-għalliema, l-istudenti u membri oħrajn tal-istaff,
Għalissa ma hemm l-ebda provi konkreti li l-attakk seta’ kien relatat mat-terroriżmu – bl-aggressur responsabbli mill-qtil u feriment jinżamm taħt arrest wara li hu kien spiċċa mrażżan minn wieħed mill-għalliema.
Ftit wara l-attakk, xi ħadd fl-iskola kien attiva l-allarm tas-sigurtà, bil-konsegwenza li ħafna studenti bdew jiġru ‘il hawn u ‘il hinn f’konfużjonji u b’oħrajn jibqgħu magħluqin fil-klassijiet.
Dan qabel l-intervent tal-awtoritjaiet u l-pulizija li għenu biex l-istudenti jitilqu mill-iskola taħt superviżjoni u fost l-investigazzjonijiet.
Ftit tal-ħin ilu, il-Ministru Franċiż għall-Edukazzjoni Elisabeth Borne u l-Ministru tal-Intern Franċiż,Gerald Darmanin, marru fl-iskola ta’ Nantes biex ikunu aġġornati dwar is-sitwazzjoni.
Dan waqt li Born u Darmanin it-tnejn wasslu messaġġi ta’ niket u solidarjetà lill-qraba tal-vittmi tal-attakk.
//= $special ?>