B’tifkira għall-memorja u l-umiltà ta’ Papa Franġisku, MaltaPost se toħroġ bolla ġdida nhar is-Sibt 26 ta’ April 2025.
Din il-bolla se tinħareġ f’folja ta’ għaxra, b’kull bolla ta’ daqs 31 milimetru x 44milimetru, b’perforazzjoni ta’ 14.1 x 14.2 u għandha “watermark” bis-salib ta’ Malta. Kull folja hija ta’ daqs 182milimetru x 115milimetru u ġiet stampata minn Printex Limited bi proċess offset.
Il-ħarġa tikkonsisti f’25,000 bolla tal-€1.50.
Din il-ħarġa filatelika se tkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f’ Malta u Għawdex mis-Sibt 26 ta’ April 2025.
Ordnijiet jistgħu jsiru online fuq https://www.maltaphilately.com/ jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c., 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 – telefon 2596 1740 – email info@maltaphilately.com.
//= $special ?>