Lokali

Illum tingħata l-aħħar tislima lil Francis Zammit Dimech

Fis-2pm, fil-Knisja tal-Balluta, se tingħata l-aħħar tislima lill-Aġent President ta’ Malta Francis Zammit Dimech.

Il-funeral se jkun qed jixxandar LIVE fuq Net Television.

Eżatt wara l-funeral, il-korteo se jgħaddi minn quddiem id-Dar Ċentrali tal-PN fejn se jingħata tislima xierqa.

Intant, fil-jiem li ġejjin, il-ktieb tal-kondoljanzi se jkun miftuħ anke f’Għawdex.