Sport Sport Ieħor

In-numru tlieta fid-dinja tat-Tennis, Carlos Alcaraz jirtira mill-Open ta’ Madrid

Carlos Alcaraz

In-numru tlieta fid-dinja, fir-rankings attwali tal-ATP, Carlos Alcaraz ħabbar li mhux se jkun qed jieħu seheb fit-Tennis Open ta’ Madrid.

Alcaraz, li l-parteċipazzjoni tiegħu f’dan it-turnament kienet waħda importanti peress li fil-passar riċenti hu kien ir-rebbieħ dan it-turnament darbtejn, fl-edizzjonijiet tal-2022 u l-2023, soffra injury fil-partita li kellu nhar il-Ħadd li għadda f’Barcelona, u li hu tilef kontra Holger Rune.

Ta’ 21 sena, Carlos Alcaraz sal-lum rebaħ xejn inqas minn erba’ Grand Slams.

Din l-aħbar saret uffiċjali lejlet id-debutt tiegħu fl-Open ta’ Madrid fejn skont il-polza, fl-eventwalitá li kien jibqa’ javvanza, il-probabiltá kienet se tkun li fil-Kwarti tal-Finali, hu setgħa jaffronta avversarji bħal Novak Djokovic u Jack Draper.

Fl-istess konferenza stampa li ta llum. Alcaraz tkellem ukoll dwar il-mira tiegħu ta’ meta qed ibassar li jirritorna lura għall-logħob, u t-tama tiegħu hi li jerġa’ jkun tajjeb biex ikun fiżikament tajjeb għal turnament li mistenni jsir f’Ruma fil-bidu ta’ Mejju.