MeDirect Bank u MAPFRE MSV Life iffirmaw ftehim ta’ bankassurance li permezz tiegħu MeDirect Bank se jaġixxi bħala intermedjarju u jipprovdi firxa ta’ prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja minn MAPFRE MSV Life. Din il-kollaborazzjoni hija tragward sinifikanti għaż-żewġ organizzazzjonijiet, bil-għan li ttejjeb is-servizzi finanzjarji li joffri MeDirect filwaqt li jwessa’ n-network tad-distribuzzjoni ta’ MAPFRE MSV
Is-sħubija se tippermetti lil MeDirect iwessa’ s-soluzzjonijiet finanzjarji tiegħu, u l-impenn tiegħu li jipprovdi one-stop shop għas-servizzi ta’ self għad-djar. Inizjalment, MeDirect se jiffoka fuq l-offerta ta’ soluzzjonijiet ta’ protezzjoni tas-self li huma mfassla biex jipprovdu kopertura komprensiva u serħan tal-moħħ lill-klijenti.
Biex timmarka dan l-iżvilupp, il-Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE MSV Life, Elvira Lopez de Lara Merida; żaret l -uffiċċju ta’ MeDirect Bank f’Tigne Point, fejn iltaqgħat mal-Kap Eżekuttiv tal-Grupp MeDirect, Jean-Claude Maher. Il-laqgħa enfasizzat l-impenn taż-żewġ organizzazzjonijiet biex iwasslu servizzi finanzjarji eċċezzjonali u soluzzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja lill-klijenti tagħhom.
Jean-Claude Maher, il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp MeDirect, ikkummenta: “MeDirect huwa impenjat li jipprovdi l-aktar servizz effiċjenti ta’ self għad-djar f’Malta ffukata fuq l-aqwa teknoloġija flimkien ma’ offerta eċċellenti ta’ prodotti u servizzi, kemm jekk permezz tal-pjattaformi diġitali tagħna jew personalment. Hekk kif naħdmu biex insiru one stop shop għax-xerrejja u l-investituri kollha fil-propjetà, is-sħubija ma’ MAPFRE MSV Life tagħmel sens perfett. Fl-istess ħin, qed inkomplu niddiġitalizzaw is-servizz tagħna ta’ self għad-dar bi żviluppi sinifikanti oħra dalwaqt.”
Elvira Lopez de Lara Merida, CEO ta’ MAPFRE MSV Life, żiedet tgħid: “Aħna eċitati li ser nikkollaboraw ma’ MeDirect Bank, istituzzjoni li taħseb ‘il quddiem u li taqsam l-impenn tagħna għal soluzzjonijiet iċċentrati fuq il-klijent. Flimkien, se nwasslu prodotti ta’ assigurazzjoni tal-ħajja ta’ kwalità għolja li joffru sigurtà u protezzjoni lill-klijenti ta’ MeDirect.”
Din is-sħubija hija xhieda tal-viżjoni kondiviża ta’ MeDirect Bank u MAPFRE MSV Life li jipprovdu servizzi finanzjarji innovattivi u komprensivi. Il-klijenti jistgħu jħarsu ‘l quddiem għal esperjenza bla xkiel u aċċess għal firxa ta’ prodotti tal-assigurazzjoni fit-tul mfassla għall-bżonnijiet individwali ta’ klijenti li qed jixtru l-propjetà.’
//= $special ?>