Raġel ta’ 31 sena nżamm arrestat wara li seraq u darab gravi anzjana ta’ 93 sena. Quddiem il-Maġistrat Marsanne Farruġia, tressaq Magdy Islam Rashad imwieled l-Italja u residenti Birżebbuġia. Huwa wieġeb mhux ħati li fit-18 ta’ April seraq anzjana ta’ 93 sena waqt li kienet miexja lejn il-knisja tal-Imsida, għal funzjoni ta’ waranofsinhar tal-Ġimgħa l-Kbira.
Fil-Qorti ħareġ li l-imputat ġibed il-ġiżirana minn għonq l-anzjana u waddabha mal-art. Kaġun t’hekk il-mara sofriet diversi ġrieħi gravi, u kissret idha. Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest. Għaldaqstant huwa nżamm arrestat il-ħabs.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Keith Rizzo, Lydon Zammit u Elton Buckingham flimkien mal-Avukat Valentina Cassar f’isem l-Avukat Ġenerali.
L-Avukat Amadeus Cachia deher għall-akkużat.
//= $special ?>