Kmieni l-Ħamis filgħodu, sewwieq tal-mutur kellhu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara ħabta bejn karozza u mutur.
L-inċident seħħ fil-bypass tal-Marsa.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn l-karozza tat-tip BMW X5 misjuq minn raġel ta’ 40 sena residenti San Pawl il-Baħar, filwaqt li l-mutur tat-tip Kymco Agility kien misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti San Ġwann.
Fuq il-post ukoll isejjħu tim mediku li ħa s-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għandhom għaddejjin.
//= $special ?>