Lokali Parlament

Aktar minn 200 pulizija għadhom fil-Korp u għalqu l-25 sena servizz

Aktar minn 200 uffiċjal tal-Pulizija li għalqu l-ħamsa u għoxrin sena servizz u sal-lum baqgħu jservu fil-Korp tal-Pulizija.

Dan jirriżulta minn tweġiba li ta fil-Parlament il-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.  Jirriżulta li, huma 204 il-membri tal-Korp tal-Pulizija li għalqu 25 sena servizz u għadhom jaħdmu fil-Korp.

Jirriżulta wkoll minn mistoqsija oħra tal-isress Deputat Nazzjonalista, li fil-perjodu ta’ bejn is-sena 2015 sat-13 ta’ Marzu 2025 kien hemm 28 uffiċjal tal-Pulizija li kienu rtirati u reġgħu bdew iservu fil-Korp. Dawn ma jinkludux pulizija ta’ riserva.