Lokali

“Francis kien dejjem jagħti appoġġ lill-artisti u l-kultura” – Felix Busuttil

“Din is-sena ħallejt żewġ siġġijiet vojta, ‘il quddiem se nħalli tlieta – wieħed ikun għal Francis”

Hekk stqarr id-Direttur tal-kumpanija taż-żfin YADA, Felix Busuttil….li viżibilment emozzjonat, fisser kif Francis Zammit Dimech dejjem kien hemm sabiex japprezza u jagħti appoġġ lill-artisti Maltin u Għawdxin.

F’intervista waqt il-programm NETLIVE, Felix Busuttil spjega illi Francis Zammit Dimech kien ilu jappoġġja lill-kumpanija YADA sa mill-2002; iżda personalment huwa sar jafu lura fit-tmeninijiet. Fejn anke ddikjara illi Francis, kien persuna li joffri l-opportunitajiet lill-artisti Maltin u Għawdxin – anke fuq livell internazzjonali.

Felix Busuttil tenna li Francis Zammit Dimech kien raġel tajjeb immens…what you see is what you get.

Intant, fi tmiem il-ġimgħa, wieħed se jkun jista’ jħalli l-messaġġi fil-ktieb tal-kondoljanzi li se jkun miftuħ f’Għawdex – b’turija ta’ rispett lejn ix-xogħol li Francis Zammit Dimech għamel tul il-karriera tiegħu