Lokali

Id-dħul niżel, u in-nefqa żdiedet – żbilanċ ta’ €240.4 miljun fil-Fond Konsolidat

S’April li għadda, il-Gvern irreġistra żbilanċ finanzjarju ta’ €240.4 miljun fil-Fond Konsolidat, hekk kif id-dħul naqas b’mod sinifikanti u l-infiq kompla jiżdied. Dan ħareġ minn ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), li juru stampa mhux daqshekk pożittiva tal-finanzi pubbliċi għat-trimestru inizjali tas-sena.

Il-Gvern daħħal madwar €94 miljun inqas meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2024, b’waħda mill-akbar daqqiet tiġi mill-Income Tax – fejn il-qagħda kienet ta’ madwar €100 miljun inqas. Fl-istess waqt, in-nefqa għoliet b’aktar minn €188 miljun, u dan wassal għal deterjorament ta’ €282 miljun fil-Kaxxa ta’ Malta.

Il-kategorija li rat l-akbar żieda fin-nefqa kienet dik tal-kontribuzzjonijiet lill-entitajiet tal-Gvern – b’żieda ta’ kważi €76 miljun.

Sadanittant, is-somma totali tad-dejn pubbliku kompliet togħla u, sal-aħħar ta’ Marzu, laħqet l-€10.79 biljun – żieda ta’ aktar minn €844 miljun fuq sena.