Fl-aħħar sigħat wasal fil-Vatikan il-Kap tal-PN Bernard Grech, li għada se jkun preżenti għall-funeral tal-Papa Franġisku.
Il-Kap tal-PN – akkumpanjat mill-mara tiegħu AnneMarie Grech – ingħaqdu mal-folla li tul il-jum marret fil-Bażilika ta’ San Pietru biex issellem lill-Papa. Preżenti kien hemm ukoll diversi mexxejja minn madwar id-dinja kollha.
Bernard Grech u AnneMarie Grech kienu assistiti fil-Vatikan mill-ambaxxatur Malti għas-Santa Sede Frank Zammit.
Bħalissa f’Ruma hemm ukoll diversi Maltin li marru apposta għal din l-okkażjoni unika. Huma se jingħaqdu mal-eluf li għada se jinġabru għall-funeral fi Pjazza San Pietru.
//= $special ?>