Fit-tieni jum tal-ġuri għandhom jibdew jinstemgħu x-xhieda b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Carmel Chircop. Filwaqt li erba’ rġiel jinsabu akkużati b’reati b’rabta mal-qtil ta’ Chircop fl-2015, tnejn biss – Robert Agius u Jamie Vella qed jiffaċċjaw akkużi relatati mal-provvista tal-bomba li qatlet lil Caruana Galizia. Huma qegħdin jiġu akkużati wkoll li saru reċidivi.
L-akkużati huma Adrian Agius ta’ 46 sena, residenti l-Mellieħa u ħuh Robert Agius ta’ 41 sena residenti r-Rabat, magħrufa bħala Ta’ Maksar flimken ma’ Jamie Vella ta’ 41 sena li joqgħod il-Mosta u George Degiogio ta’ 62 sena, residenti San Pawl il-Baħar. Jekk jinstabu ħatja l-akkużati qed jiffaċċjaw piena massima ta’ għomor il-ħabs.
Fis-sessjoni ta’ filgħodu l-Avukat Anthony Vella mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għandu jkompli għaddej b’dik li tissejjaħ ir-rekwiżitorja – l-introduzzjoni lill-ġurati dwar il-każ li qed jitressaq. Huwa tkellem dwar il-mod maħsub dwar kif inqatel l-Avukat Chircop hekk kif kien daħal fil-garaxx tiegħu f’Birkirkara biex imur għax-xogħol u dan għax kellu jieħu xi flus mingħand wieħed mill-akkużati.
Wara għadda biex tkellem dwar il-qtil tal-ġurnalista fil-Bidnija. Daphne Caruana Galizia nqatlet “għax-xogħol ġurnalistiku tagħha” filwaqt li l-avukat Carmel Chircop inqatet b’tiri ta’ arma “għal €20,000”, qal l-Avukat tal-AĠ.
Il-prosekuzzjoni bdiet tfiehem il-każ lill-ġurati kontra l-aħwa Tal-Maksar Adrian u Robert Agius u sħabhom Jamie Vella u George Degiorgio fl-ewwel jum tal-ġuri, li beda l-Ħamis. L-erba’ rġiel qed jiċħdu sensiela ta’ seba’ kapi ta’ akkuża li f’każ ta’ ħtija tista’ twassalhom għal sentenza ta’ għomor il-ħabs.
L-Avukat Ġenerali Anthony Vella beda jiddeskrivi fil-qosor il-każ tal-prosekuzzjoni kontra l-erbgħa, nhar il-Ħamis, waqt seduta li l-biċċa l-kbira ttieħdet billi ddeċidiet il-ġurija u tiddeskrivi r-responsabbiltajiet tagħhom.
Huwa qalilhom li l-qtil ta’ Caruana Galizia f’Ottubru 2017 kien motivat mill-ħidma ġurnalistika tagħha u kien premeditat ħafna. L-Avukat Vella qal li l-ewwel pjan kien li Alfred Degiorgio, li diġà qed jiskonta sentenza għar-rwol tiegħu fl-assassinju, joqtolha ġewwa darha stess fil-Bidnija.
“Il-pjan inbidel biex tintuża bomba, u l-bomba tqiegħdet ġewwa l-karozza biex tiżgura li tmut,” qal l-avukat. Qal li l-motivazzjoni għall-qtil ta’ Carmel Chircop kienet waħda finanzjarja. Wieħed mill-akkużati, Adrian Agius, kellu d-dejn mal-vittma, u dan wettaq ir-reat biex ma jonorax il-ħlasijiet. Agius jinsab akkużat li kkummissjona l-qtil f’Ottubru tal-2015.
“Ħasdulu ħajtu malajr biex ma jħallsux il-flus li kienu dovuti lilu. Hekk tiswa l-ħajja, €20,000 is-somma allegatament imħallsa biex jitwettaq l-omiċidju,” qal Dr. Vella.
L-avukati Godwin Cini, Danica Vella u Anthony Vella qed imexxu l-prosekuzzjoni. L-avukati Ishmael Psaila u Amadeus Psaila qed jidhru għal Jamie Vella. Għal Robert Agius qed jidhru l-avukati Alfred Abela u Renè Darmanin. Għal Adrian Agius qed jidher l-avukat Nicholas Mifsud.
L-avukati Noel Bianco u Leslie Cuschieri qed jirrappreżentaw lil Jamie Vella. L-Avukat Leslie Cuschieri qed jidher għal George Degiorgio. L-avukati Vince Galea, Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia huma partijiet ċivili fil-każ.
L-ewwel xhud kien l-Ispettur Kurt Zahra li xogħolu hu li jinvestiga l-omiċidji. Fis-16 ta’ Ottubru 2017, għall-ħabta tat-3.10pm. kien infurmat li fi Triq il-Bidnija l-Mosta, karozza splodiet u li kien hemm mara li mietet. L-Ispettur James Grech qallu li l-vittma kienet Daphne Caruana Galizija.
Hu wasal għall-ħabta tal-3.50pm. Kien hemm ħafna Pulizija u anke tad-dipartiment tat-tifi tan-nar. Triq kienet magħluqa, fejn setgħu jidħlu biss il-forzi tal-ordni u uffiċjali tas-saħħa. Raha l-karozza bid-duħħan ħiereġ minnha. Iltaqa’ mal-Ispettur Nicolas Vella, li kien tad-distrett. Ra in-numru QQZ 668. Apparti l-vettura ra t-tifrik tal-vettura fosthom biċċa laħam li dak il-ħin emmen li kienet tal-vittma.
Bdew jaħdmu dwar fuq min kienet reġistrata l-karozza, li waslu għal Percius Garage, li qalulu li kienet mikrija lil Daphne Caruana Galizia. Kellha karozza oħra u wara din inbidlet u ngħatat lil fit-18 ta’ Ġunju 2017. Mar fir-residenza fejn qasam il-benniena bil-pass.
Iltaqa’ mat-tifel tal-vittma – Matthew Caruana Galizia. Qallu li ommu kienet għadha kemm titlaq mid-dar, reġgħet daħlet għaċ-ċekk book u wara li ħarġet sema’ splużjoni kbira u raha l-karozza b’veloċità kbira tibqa’ sejra għal ġo għalqa.
Qallu li ġurnata qabel kienet ipparkjat fis-7pm. quddiem il-kanċell tar-residenza. U ġara li ġara. Fuq il-post waslu r-raġel tal-vittma Peter u t-tifel l-ieħor Andrew Caruana Galizia. Ix-xhud kien tahom l-aħbar li l-vittma kienet mejta. Dawn kienu jidhru mbikkmin.
Wara ta struzzjonijiet liż-żewġ Pulizija biex iduru mal-post biex jaraw kemm kien hemm xi xhieda fl-inħawi. Kien ġie identifikat ċertu Frans Sant li qal li fil-ħin tal-isplużjoni kien ġej minn naħa tal-faċċata, li tiġi n-naħa l-oħra tal-benniena, li tiġi faċċata tar-residenza tal-vittma.
Qal li l-ewwel raha splużjoni żgħira u raha lil persuna tippanikkja, bil-karozza żżid l-veloċità, bil-karozza tispiċċa f’għalqa. Wara Carmel Wallace Sammut, li kien joqgħod fil-viċin. Qal li tliet ġimgħat kien jara vettura – 16 ta’ Ottubru, kien innota fid-9am. 12.30 pm. u fis-2.30pm rata l-mara tiegħu.
U fis-6.30pm. Din il-karozza żgħira li tahom in-numru tagħha, li kienet bajda. Bdew jispezzjonaw fid-dettal. Qal li fejn kienet tkun parkjata kien hemm kantun u loqma tas-sigarett u din kienet spezzjonata mill-esperti. Dan il-post ġie fotografat.
Marru l-esperti forensiċi u ġabru dan is-sigarett u ittieħed swab tiegħu u rriżulta li dan kien jaqbel u kienet prova fuq waħda mis-suspettat. Fuq il-post mar il-Maġistrat Inkwerenti li kienet Consuelo Scerri Herrera, llum Imħallef u wara beda jmexxi Dr. Anthony Vella, illum ukoll Imħallef.
Wara waslu wkoll in-Netherlands Forensic Institution u għalhekk l-inħawi ġew preżervati. Qal li ta struzzjonijiet lill-Pulizija biex jiltaqa’ mat-tifel tal-vittma Matthew, għax ġurnata qabel kien użaha hu biex jistaqsuh jekk kien hemm xi ħadd isegwuh u dan ħadhom fil-postijiet min fejn kien għadda. Użaha fil-15 fejn mar jgħum l-Exiles, mis-6.30pm sa 16 ma ntimisitx.
Fis-17 ta’ Ottubru mar ma sħabu fir-residenza tal-vittma biex jaraw kienx hemm xi theddid jew xi ħaġa ta’ interess għal din l-investigazzjoni. Kien hemm eżerċizzju tas-CCTV cameras u dan mhux biss fejn l-inħawi, u dawn il-filmati ġew mgħoddija lill-espert tal-Qorti Dr. Martin Bajada.
Fid-19 ta’ Otubru kienu waslu Malta l-FBI li annaliżżaw il-mobile data. Qal li l-kollega tiegħu Keith Arnaud kien ħadem mal-FBI u l-Europol. Meta l-FBI waslu fuq il-post hu u Arnaud kien spjegalhom l-inħawi u anke infurmawhom fuq il-loqma tas-sigarett. Kien hemm ukoll offerta ta’ miljun ewro li jwassal għal dawk konnessi mal-omiċidju.
Hawn kienu daħlu numru ta’ telefonati. Mhux kollox kien relevanti min dawk li ċemplu, xi ħaġa normali f’dawn iċ-ċirkostanzi. Kull telefonata li daħlet kienet ġiet annaliżata sew. Kien hemm ukoll investigazzjoni parallela min Arnaud, l-FBI u l-Europol. Kien ġie identifikat pattern ma’ mobile number minn Alfred Degiorgio, George Degiorgio u Vincent Muscat, kienu żewġ settijiet ta’ mobiles li waslet ukoll biex tiġi sploduta l-bomba.
Dan wara l-ħafna stħarriġ li sar fuq l-antennas. Kien ġie identifikat numru fejn fit-3pm kien hemm disrubtion, u kien hemm code fejn ġiet attivitga l-bomba. Dan intbagħat minn mobile li mexa ma’ mobile ieħor li kien ta’ George Degiorgio. Dan il-messaġġ beda jindika li kien intbgħat minn viċin il-post. Inġiebet camera mill-port fejn hemm dehret id-dgħajsa użara mill-aħwa Degiorgio dieħla fil-post.
Hawn waslu fażi għall-arrest ta’ numru ta’ nies. Din kienet fl-4 ta’ Diċembru, 2017 u ġew arrestati l-aħwa Degiorgio, Vincent Muscat, Jamie Vella u Robert u Adrian Agius. Hawn kienu ġew arrestati bejn disgħa u 11-il persuni. Hawn marru taħt it-tinda tal-patata fejn kien hemm l-aħwa Degiorgio u Muscat u ġew arrestati. Saret tfittxija fil-baħar u kienu nstabu xi ‘burner phones’.
Wara dawn ġew akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. It-Tliet arrestati ma wieġbu għall-ebda mistoqsija. Madanakollu huma tressqu il-Qorti, mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Ix-xhud qal li l-investigazzjonijiet komplew għaliex kien ċar li aktar persuni kienu nvoluti f’dan l-omiċidju.
Żied li l-Assistant Kummissarju Keith Arnaud, qallu huwa kien f’komunikazzjoni ma’ Mario Degiorgio li tkellem miegħu Melvin Theuma. Degiorgio beda jitlob xi flus lil Theuma dwar flejjes għall-Avukati u anke ikel għall-akkużati. Ġie stabbilit ukoll li Theuma kien qed jitkellem ma’ Yorgen Fenech u anke ttieħdu xi ‘recordings’ minn Theuma stess ta’ xi konverzazzjonjiet li twettqu bejnithom.
Ix-xhud kompla jgħid li dak iż-żmien, il-pulziija bdiet investigazzjoni fuq lottu klandestin allegatament imwettaq minn Melvin Theuma, li wasslu għall-arrest tiegħu fl-14 ta’ Novembru tal-2019. Dakinhar stess l-ispettur xehed li l-Assistant Kummissarju nfurmah li waqt l-arrest, fil-karozza ta’ Theuma, instabet kaxxa tal-ġelat b’xi USB drives, żewġ pakketti karti u ritratt mal-eks chief of staff Keith Schembri.
Xehed ukoll li l-USB drives ġew mgħoddija mill-ewwel lill-Europol. Intant permezz tal-Avukati tiegħu, Theuma talab il-maħfra presidenzjali għal skambju ta’ informazzjoni mportanti b’rabta mal-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Meta l-pulziija tkellmet ma’ Theuma taħt interrogazzjoni, qalhom li huwa kien iltaqa’ Yorgen Fenech sabiex jiġi ikkummisjonat il-qtil ta’ Caruana Galizia, għal prezz ta’ €150,000, minħabba li l-ġurnalista kienet ser toħroġ storja nvestigattiva fuq zijuh ‘Ray’. Jirrakonta wkoll li l-vittma kienet qed ittihom “hard time” biex jallokawha u li kien Yorgen Fenech li tah l-informazzjoni li l-mara kienet qed tkun spiss ġo cafeteria fir-Rabat.
Meta ġie arrestat Melvin Theuma kien hemm numru ta’ recordings u li dawn bdew isiru wara li tressqu l-Qorti u beda jmur għand Yorgen Fenech, dawk li qatlu ma jafuhx u beda jibża’. Kienu bdew ikellmu lil Melvin Theuma u jisimgħu r-recordings b’mod awto viżiv. Hemm diskussjonijiet relatati mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
F’dawn l-intevisti kien mitkellem fuq scree shots li kellu ma’ Yorgen Fenech, fejn Melvin Fenech qallu li Vince Muscat mar id-depot u beda jitkellem mal-Pulizija, xi ħaġa li lil Thema nkwetatu ħafna. L-investigazzjonijiet baqgħu g ħaddedjin.
Fl-20 ta’ Novembru rċieva telefonata min Arnaud li Yorgen Fenech kien ġie arrestat f’Portomaso. Sar rapport li ngħata li s-superjuri tagħhom u ftit wara Melvin Theuma ngħata l-proklama. L-investigazzjoni tkompliet u ma waqfitx hemm.
F’Diċembru 2019, kien infurmat li Muscat kien talba l-proklama, anke sena qabel kien hemm talba, imma dik qal ix-xhud ma kienx involut fiha. Fit-18 ta’ Jannar 2020 bdew jara x’informazzjoni li għandu jagħti Vincent Muscat. Huwa kellimhom fuq ammont ta’ reat li seħħew qabel l-2017.
Wara Vince Muscat kien ingħata l-proklama fil-qtil tal-Avukat Carmel Chircop bil-kundizzjoni għall-informazzjoni u li jixhed fil-każ. Dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, kien hemm patteġġament u kien miftiehem 15-il sena ħabs.
Wara l-każ għadda għand l-Imħallef Neville Camilleri fejn hemm Muscat kien ta l-informazzjoni kollha. Dwar meta ltaqgħu għand il-Busy Bee qal li hu ma kienx daħal magħhom u jaf li kien hemm laqa’ għax kien qallu George Degiorgio. L-aħwa Degiorgio qalulu li kienet se tinqatel Caruana Galizia u li l-Avukat David Gatt qalilhom li l-Avukat Chris Cardona, ried joqtol lill-ġurnalista, dejjem skont dak li qal George Degiorgio,
Il-pjan biex tinqatel il-ġurnalista kien sfaxxa qabel l-elezzjoni u dan ġie ri attivat wara l-elezzjoni fejn ħadu 10,000 kull wieħed. Għall-ewwel il-pjan kienet tinqatel bir-rifles u li dawn, li kienu tlieta – tahomlhom Jamie Vella. Kienu jaraw lil Daphne taħdem minn tieqa. U kien lesti u jaraw kollox bit-telescoipes. Imma George Degiogio qatt ma qabel ma dan u ried li tinqatel b’karozza bomba, għax bir-rifles isir ħafna storbju.
Il-pjan kien li Jamie Vella iġibilhom tliet bombi. Il-Koħħu jgħid li l-bomba ġabuha mingħand Robert Agius u Jamie Vella. Kien isemma ċertu Robert Bone li kienu għamlulu bomba u ma mietx, għalkemm kien spiċċa bla saqajn u l-“Koħħu” qal li kienu qaua lil Agius u Vella, “din mhux bħal ta’ Bone hux” u dawn qalu li din fiha 500 gramma.
L-Ispettur Zahra għadda biex jitkellem dwar il-qtil tal-Avukat Chircop fejn Muscat qal li dan inqatel permezz ħames sitt tiri li huwa minnu u li kien inqatel fil-bieb tal-garaxx. Is-CCTV’s kien ikkonfermaw li r-rotta li ttieħdet biex marru għall-avukat Chircop u jinqatel kienet taqbel perfettament.
Ix-xhud qal li mill-informazzjoni li nġabret ħareġ li kien Robert Agius li kera l-karozza li marret fil-garaxx f’Birkirkara li finalment spiċċa biex inqatel l-Avukat Chircop.