Lokali

Il-President ta’ Malta tħalli pajjiżna biex tmur il-Vatikan

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono ħalliet Malta għall-Vatikan, fejn għada se tattendi għaċ-ċerimonja uffiċjali tal-funeral tal-Qdusija Tiegħu Papa Franġisku.

Il-President mistennija tirritorna Malta nhar il-Ħadd li ġej.

Matul il-perjodu li l-President tkun barra minn Malta, Anġlu Farrugia, Speaker tal-Kamra tad-Deputati, se jservi bħala Aġent President.