Futbol Sport

Inter jittamaw li jirritornaw jirbħu kontra Roma f’mument kruċjali tal-istaġun

(Ritratt: EPA)

Hekk kif fadal biss 5 partiti oħra biex jintemm l-istaġun 2024-25 tas-Serie A, kollox jiddependi mir-riżultati miksuba f’dawn l-aħħar ġimgħat. Iż-żelqa ta’ Inter kontra Bologna mill-gowl mill-isbaħ minn Orsolini fl-aħħar sekondi kontra Inter ifisser li issa l-kampjonat huwa miftuħ iktar milli qatt kien. F’ras il-klassifika Inter u Napoli jinsabu fuq 71 punt, biż-żewġ timijiet ikollhom 21 rebħa, 8 drawijiet u 4 telfiet.

Tkompli l-ġlieda ukoll għall-post mal-ewwel erba’, hekk kif kuntrarju għas-sena l-oħra, din is-sena s-Serie ġiet mogħtija 4 postijiet biss fil-UCL, għall-kuntrarju tal-5 tas-sena l-oħra. Atalanta, Bologna, Juventus, Lazio, Roma u Fiorentina kollha jinsabu viċin iż-żona li jippermetihom jilagħbu fl-għola kompetizzjoni Ewropea l-istaġun li ġej.

Intant fil-parti t’isfel tal-kampjonat, il-ġlieda tinsab iżjed intensiva minn dik ta’ fuq. Draw deludenti bejn Venezia u Empoli l-ġimgħa l-oħra ħalla kollox kif inhu fil-qiegħ tal-klassifika b’ Venezia jokkuppaw it-18-il post filwaqt li Empoli jokkuppaw id-19-il post, permezz tad-differenza fil-gowls. Fuqhom hemm Lecce b’ 26 punt, bis-Salentini jkollhom konfront diffiċli kontra Atalanta li jirrikjedu l-punti massimi biex ikomplu l-ġlieda għall-ewwel erba’.

Il-Ħadd
Como v Genoa 12;30pm
Venezia v Milan 12:30pm
Fiorentina v Empoli 3:00pm
Inter v Roma 3:00pm
Juventus v Monza 6:00pm
Atalanta v Lecce 8:45pm
Napoli v Torino 8:45pm
It-Tnejn
Udinese v Bologna 6:30pm
H. Verona v Cagliari 8:45pm
Lazio v Parma 8:45p