Il-Ġeneral Yaroslav Moskalik – wieħed mill-ogħla uffiċjali militari tal-President Russu Vladimir Putin – tilef ħajtu fi splużjoni ta’ karozza bomba li seħħet illum fl-inħawi ta’ Balashikha, lejn il-limiti ta’ Moska.
Filwaqt li l-Ukreni ma ħadux ir-responsabbiltà, din mhix l-ewwel darba li nqatlu l-ogħla uffiċjali tal-Armata Russa u tal-Kremlin fost l-indikazzjonijiet li l-qtil kien organizzat mis-servizzi sigrieti Ukreni….Qtil li qed iservi l-interessi politiċi tal-Gvern Ukren kif ukoll bħala arma ta’ intimidazzjoni fil-konfront tal-Kremlin u n-nies ta’ madwar Putin li qed imexxu l-gwerra kontra l-poplu tal-Ukrajna.
Il-Ġeneral Moskalik kien fost l-aktar Ġenerali prominenti tal-Armata Russa u kellu wkoll inluwenza politika peress li kien qrib ħafna tal-Kremlin.
L-attakk fuqu, fil-fatt, kien it-tieni wieħed fuq uffiċjal militari ewlieni tar-Russja fl-aħħar erba’ xhur u wara li l-Ġeneral Igor Kirillov ukoll kien spiċċa assassinat fi splużjoni.
//= $special ?>