L‑Arċisqof Charles Scicluna llum iħalli Malta sabiex għada jieħu sehem fil‑quddiesa tal‑funeral tal‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku, li se ssir fl‑10am fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.
L‑Arċisqof Scicluna se jirrappreżenta l‑Konferenza Episkopali Maltija u se jingħaqad flimkien ma’ patrijarki, kardinali, arċisqfijiet, isqfijiet u saċerdoti oħra mid-dinja kollha li huma mistiedna jikkonċelebraw f’din iċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ewkaristija.
Il‑quddiesa tal‑funeral tal‑Papa Franġisku se tkun ippreseduta mill‑Kardinal Giovanni Battista Re, id‑Dekan tal‑Kulleġġ tal‑Kardinali.
Il‑Knisja f’Malta tingħaqad mal‑Knisja Universali u trodd ħajr lill‑Mulej għall‑ħajja tal‑Papa Franġisku u s‑servizz u l‑missjoni tiegħu lejn il‑Poplu ta’ Alla.
//= $special ?>