Raġel ta’ 38 sena minn San Ġwann wieġeb mhux ħati ta’ serq aggravat wara li seraq xi għodda minn sit tal-kostruzzjoni fil-Gżira. Samuel Borg deher quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea nhar il-Ġimgħa waranofsinhar fejn ġie akkużat ukoll b’reċidiviżmu.
Huwa mifhum li r-raġel ġie identifikat minn filmati tas-CCTV fejn daħal f’sit tal-kostruzzjoni u seraq xi għodda. Ir-raġel inżamm arrestat.
L-avukat mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Miryea Mifsud mexxiet il-prosekuzzjoni flimkien mal-Ispettur Michael Vella. L-avukat Graziella Tanti dehret għall-akkużat.
//= $special ?>