Lokali

Sitt każijiet ta’ vjolenza domestika bejn eks imsieħba tal-istess sess

Minn informazzjoni miġbura mit-Taqsima dwar il-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika tal-Pulizija, jirriżulta li matul is-sena 2024 kien hemm sitt każijiet ta’ vjolenza domestika bejn eks imsieħba tal-istess sess.

Minn informazzjoni li ta fil-Parlament il-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo,  jirriżulta wkoll li kien hemm  żewġ każijiet bejn imsieħba tal-istess sess u każ wieħed bejn kopja miżżewġa tal-istess sess.