Il-31 ġurnata tal-Malta Premier League se tingħata bidu l-Ħadd bl-ewwel partita tkun waħda mill-iktar importanti tat-tieni rawnd tat-top six bejn Sliema Wanderers u Ħamrun Spartans fin-National Stadium f’ Ta Qali. Il-partita se tintlagħab fis-2:30pm minflokk fit-3:15pm kif oriġinarjament skedata minħabba raġunijiet ta’ sigurta relatata mal-finali tal-BOV Challenge Cup li se tintlagħab fis-Centenary Stadium fil-4:00pm.
Il-partita l-oħra li ġiet affettwata hija dik bejn Floriana u Mosta, ukoll mit-Top Six. Il-partita ġiet imressqa b’kwarta u issa se tibda fis-5:45pm fin-National Stadium f’ Ta’ Qali.
TOP SIX:
Il-Ħadd 27 ta’ April – National Stadium
Sliema Wanderers v Ħamrun Spartans 2:30pm
Floriana v Mosta 5:45pm
Tony Bezzina Stadium
Birkirkara v Marsaxlokk 3:15pm
BOTTOM SIX:
Il-Ħadd 27 ta’ April – Tony Bezzina Stadium
Hibernians v Balzan 5:30pm
It-Tnejn 28 ta’ April – Tony Bezzina Stadium
Żabbar v Melita 6:00pm
Gżira United v Naxxar Lions 8:15pm
//= $special ?>