Dan huwa mument ta dieqa għal Knisja Kattolika, mhux biss għat-telfa tal-Papa, iżda telfa ta‘ mexxej ta‘ dawk kollha li jħobbu il-paċi. Jorge Mario Bergoglio, Papa Franġisku, kien bniedem tal-paċi.
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wara li ġiet fi tmiemha ċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja tal-Papa Franġisku – hekk kif iddeskrivieh bħala bniedem b‘kuntatt kontinwu maż-żgħir u l-emarġinat. Huwa, kompla l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, kein bniedem b’umiltà u sempliċità kbira.
Bernard Grech sostna li dan huwa il-legat tal-Papa, maħbub minn eluf ta‘ pellegrini minn madwar id-dinja kollha li lkoll f’dan il-jum inġabru fil-Vatikan sabiex juru r-rispett tagħhom lill-Papa.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista spjega li dan huwa mument surreali għalih, li qiegħed ikun xhieda u jgħix flimkien ma‘ eluf oħrajn mument daqstant storiku b’mod mill-aktar fil-qrib u stqarr li din hija esperjenza li se jibqa‘ jgħożż.
Intant spjega li għall-Knisja dan huwa mument ta’ prova hekk kif fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jingħażel is-suċċessur ta‘ Franġisku….u aktar importanti, ta‘ Pietru.
//= $special ?>