Crystal Palace huwa l-ewwel tim li se jkun fil-finali tal-FA Cup b’rebħa ta’ 3-0 fuq Aston Villa. Eberechi Eze poġġa lil Palace fil-vantaġġ fil-31 minuta.
Crystal Palace b’ċans li jirdoppjaw fit-53 minuta iżda Jean-Philippe Mateta naqas milli jiskorja minn penalty. Palace xorta waħda għamlu l-iskor 2-0 ħames minuti wara permezz ta’ Ismaila Sarr. Lejn it-tmiem l-istess Sarr għamilhom 3-0. Għada jsir magħruf it-tim l-ieħor li se jkun qed jilgħab fil-finali meta Nottingham Forest jilagħbu kontra Manchester City.
//= $special ?>