Celtic huma mill-ġdid champions tal-futbol Skoċċiz, meta fil-35 ġurnata tal-Premiership, huma għelbu lil Dundee United 5-0 biex b’hekk aċċertaw mir-rebħ tar-raba’ Kampjonat Skoċċiz konsekuttiv b’mod matematiku.
Il-vantaġġ tal-leaders tal-Kampjonat, Celtic fuq it-tium ta’ warajhom, Rangers hu wieħed sostanzjali u ta’ ftit aktar minn 20 punt.
Fil-partita tal-lum, l-iskwadra mmexxija mill-kowċ Brendan Rodgers kellha bżonn punt wieħed biss biex tassigura r-rebħ tal-Kampjonat Skoċċiz qabel it-tmiem tal-istaġun.
Ir-rebħ ta’ dan il-Kampjonat minn Celtic ifisser ukoll it-13-il wieħed fl-aħħar 14-il sena għal The Hoops. B’kollox, bir-rebħ tal-Premiership għal dan l-istaġun inkluż, Celtic rebħu total ta’ 55 darba t-titlu ta’ champions tal-Iskozja.
//= $special ?>