Għal għada, il-gazzetta ta’ kull nhar ta’ Ħadd, il-mument, ħejjiet edizzjoni speċjali b’rapporti estensivi dwar dak li seħħ matul din il-ġimgħa.
L-editur Joe Mikallef ħa ħsieb li jħejji rapporti estensivi dwar il-Papa Franġisku fejn wieħed se jkun jista’ jifhem aħjar min kien dan il-Papa, x’wettaq tul ħajtu kollha u anke tfisser il-jum tant importanti fejn matulu jingħata l-aħħar tislima.
Dan apparti li se tingħata tislima xierqa lill-Aġent President u eks Ministru Nazzjonalista, Francis Zammit Dimech li din il-ġimgħa wkoll ngħata l-aħħar tislima wara li ta servizz ma jaqta’ xejn lejn pajjiżna u l-poplu.
//= $special ?>